il‑biedja | il‑qaddisin | ir‑reliġjon | ix‑xhur | Novembru
Sant’Andrija nofs il‑miżirgħa miżrugħa u nofs il‑muna mitmugħa.
Lejn l‑aħħar ta’ Novembru ż‑żerriegħa tkun inżergħet kollha u ħafna mill‑ikel li jkun maħżun (il‑muna) ikun diġà wasal biex jispiċċa. Sant’Andrija jiġi fit‑30 ta’ Novembru.