Santa Barbara teħlisna mir-ragħad u s-sajjetti. Santa Barbara tiġi fl-4 ta’ Diċembru.
Santa Tereża, il-bidwi jsuq il-ħmar bin-niggieża.
F’Ottubru l-bidwi għandu jaħrat l-għalqa kemm jiflaħ biex ir-raba’ jrendi. Santa Tereża tiġi fis-16 ta’ Ottubru.
Kategoriji: il-biedja | il-qaddisin | ir-reliġjon | ix-xhur | l-annimali | Ottubru
Qwiel relatati
F’San Luqa ż-żara’ tinħeba fih l-għattuqa.
Jekk l-għattuqa jirnexxilha tistaħba wara l-qamħ, mela jkun kiber sew. San Luqa jiġi fit-18 ta’ Ottubru.
Jien bħal San Tumas; irrid nara b’għajnejja u mmiss b’idejja.
Ċerti nies ma jemmnux kulma jisimgħu, iridu l-provi.
Iż-żara’ f’ta’ Katrini jrodd it-tgħam bla fini.
Il-ful għandu jinżara’ fl-aħħar ġimgħa ta’ Novembru biex irendi. Santa Katerina tiġi fil-25 ta’ Novembru.
Viva San Filep, la x-xitan irid hekk.
Ngħiduha lil xi ħadd li jkollna naqblu miegħu, anke jekk ma rridux.
Laqgħa tal-Vitorja toħroġ bil-bandiera u glorja, laqgħa tal-Kunċizzjoni xi darba taqa’ fil-kwistjoni.
Superstizzjoni fejn kienu jemmnu li jekk koppja tiltaqa' fil-Vitorja, ir-relazzjoni tirnexxi; jekk tiltaqa' fil-Kunċizzjoni, ma tirnexxix. Il-Vitorja tiġi fit-8 ta' Settembru u l-Kunċizzjoni tiġi fit-8 ta' Diċembru.
