Jekk it-temp jippermetti li toħroġ Santa Katerina, mela jippermetti li toħroġ ukoll il-Kunċizzjoni. Santa Katerina tiġi fil-25 ta' Novembru u l-Kunċizzjoni tiġi fit-8 ta' Diċembru.
F’San Luqa ż-żara’ tinħeba fih l-għattuqa.
Kategoriji: il-biedja | il-qaddisin | ir-reliġjon | ix-xhur | l-annimali | Ottubru
Qwiel relatati
F’Santa Luċija jibdew l-irwiegel.
F’Santa Luċija l-bdiewa joqogħdu attenti għall-irwiegel. Santa Luċija tiġi fit-13 ta’ Diċembru.
F’San Mikiel lesti l-miċċa għall-gandlier.
Dari meta ma kienx hawn elettriku, f’San Mikiel ix-xemgħa kont tixgħelha kmieni għax jidlam malajr. Miċċa hija sulfarina. San Mikiel jiġi fid-29 ta’ Settembru.
F’Santa Luċija l-jiem jitwalu b’pass ta’ tarbija.
Lejn nofs Diċembru l-ġurnata terġa’ tibda titwal bil-mod il-mod. Santa Luċija tiġi fit-13 ta’ Diċembru.
Għal San Mikiel lesti l-gandlier.
Il-ġurnata tibda tiqsar fl-aħħar ta' Settembru. San Mikiel jiġi fid-29 ta’ Settembru.
San Martinek tajjeb, agħmel ħiltek biex il-lant ikunlek tajjeb.
Il-bidwi għandu jaħdem u jistinka f’Novembru biex igawdi wara. Il-lant jirreferi għan-negozju. San Martin jiġi fil-11 ta’ Novembru.
