Superstizzjoni fejn kienu jemmnu li jekk koppja tiltaqa' fil-Vitorja, ir-relazzjoni tirnexxi; jekk tiltaqa' fil-Kunċizzjoni, ma tirnexxix. Il-Vitorja tiġi fit-8 ta' Settembru u l-Kunċizzjoni tiġi fit-8 ta' Diċembru.
F’San Mikiel lesti l-miċċa għall-gandlier.
Dari meta ma kienx hawn elettriku, f’San Mikiel ix-xemgħa kont tixgħelha kmieni għax jidlam malajr. Miċċa hija sulfarina. San Mikiel jiġi fid-29 ta’ Settembru.
Kategoriji: il-qaddisin | ir-reliġjon | ix-xhur | Settembru
Qwiel relatati
Sant’Andrija nofs il-miżirgħa miżrugħa u nofs il-muna mitmugħa.
Lejn l-aħħar ta’ Novembru ż-żerriegħa tkun inżergħet kollha u ħafna mill-ikel li jkun maħżun (il-muna) ikun diġà wasal biex jispiċċa. Sant’Andrija jiġi fit-30 ta’ Novembru.
F’Santa Katrini l-Milied jibqagħlu xahar ġentili.
Xahar ikun għad fadal mill-festa ta’ Santa Katerina sal-Milied. Santa Katerina tiġi fil-25 ta’ Novembru.
F’San Ġwann tidħol l-għassa.
F’San Ġwann tispiċċa r-rebbiegħa u jibda s-sajf. San Ġwann jiġi fl-24 ta’ Ġunju.
San Mattija, iżra’ t-tomnija la mwaħħra u lanqas bikrija.
F’San Mattija għandu jinżara’ l-qamħ. It-tomnija tirreferi għat-tgħam u mwaħħra tfisser tard fl-istaġun. San Mattija jiġi fl-24 ta’ Frar.
It-tin bejn Sant’Anna u San Ġakbu jbexxaq fommu.
It-tin jibqa' tajjeb sal-aħħar ġimgħa ta' Lulju. Sant'Anna tiġi fis-26 ta' Lulju u San Ġakbu jiġi fil-25 ta' Lulju.
