Il-bniedem jippjana iżda Alla jiddeċiedi dak li jseħħ.
Ma tistax isservi ‘l Alla u x-xitan.
Ma tistax tagħmel żewġ affarijiet opposti fl-istess ħin.
Kategoriji: Alla | il-ħażin | ir-reliġjon | it-tajjeb | ix-xitan
Qwiel relatati
Kontra s-swar t’Alla m’hemmx kanuni.
Ħadd ma jista' għal Alla.
Alla ta u Alla ħa; niżżu ħajr ’l Alla.
F’idejn Alla dak li jogħġbu jagħtina jew joħdilna.
Alla wieħed u nies wisq.
Fid-dinja hawn ħafna nies, imma ħadd minnhom mhu Alla.
Min jislef lill-fqir ikun qed jislef lil Alla.
Min jagħmel karità mal-proxxmu jogħġob lil Alla.
Is-sewwa ħabib Alla.
Min jagħmel dak li hu sewwa jkun qed jagħmel ir-rieda t’Alla.
