Dari l-qilla tan-natura (eż. il-maltempati) kienu jeħduha bħala wirja tas-setgħa t'Alla. Namar tfisser għemil.
Qwiel relatati
Alla jħarsek minn min jgħid Armajn.
Alla jħarsek minn min ma jżommx kelmtu miegħek.
Min jitma f’Alla ma jonqsux.
Min għandu tama (= jitma) f'Alla, ikollu l-għajnuna kollha tiegħu.
Kulħadd bis-slaleb u s-slaleb Alla jibgħathom.
Is-slaleb jibgħathom Alla u għalhekk wieħed għandu jaċċettahom.
Meta Alla jtina l-bqija tax-xita, l-ilbies tas-sbul jitwal ’il fuq mill-komma.
Il-qamħ ikompli jikber meta x-xita tagħmel f'waqtha.
Alla fejn iridek isibek.
Tagħmel x’tagħmel, il-mewt ma taħrabhiex.
