F’San Mattija għandu jinżara’ l-qamħ. It-tomnija tirreferi għat-tgħam u mwaħħra tfisser tard fl-istaġun. San Mattija jiġi fl-24 ta’ Frar.
F’San Martin jitfgħu l-ixbiek fuq in-newl.
F’San Martin tasal fi tmiemha l-passa tas-summien. San Martin jiġi fil-11 ta’ Novembru.
Kategoriji: il-kaċċa | il-qaddisin | ir-reliġjon | ix-xhur | Novembru
Qwiel relatati
F’Santa Luċija jibdew l-irwiegel.
F’Santa Luċija l-bdiewa joqogħdu attenti għall-irwiegel. Santa Luċija tiġi fit-13 ta’ Diċembru.
Jekk tagħmel ix-xita f’tar-Rużarju filgħodu tkun bikrija, jekk waranofsinhar tkun imwaħħra.
Meta x-xita tiġi fl-ewwel Ħadd ta' Ottubru, jekk ikun filgħodu tagħmel ix-xita kmieni fl-istaġun u jekk filgħaxija tagħmel ix-xita tard fl-istaġun. Il-Madonna tar-Rużarju tiġi fis-7 ta' Ottubru.
Santa Barbara la deni u lanqas ħsara.
Santa Barbara teħlisna mir-ragħad u s-sajjetti. Santa Barbara tiġi fl-4 ta’ Diċembru.
Is-sajf ta’ San Martin, il-biedja tifraħ bih.
It-temp sabiħ f’Novembru jagħmel tajjeb għall-biedja.
San Mattew qtigħ ir-rummien u żriegħ it-tewm.
F’San Mattew għandu jinqata’ r-rummien u jinżara’ t-tewm. San Mattew jiġi fil-21 ta’ Settembru.
