Alla fi lsienu u x-xitan f’qalbu.In-nies wiċċ b’ieħor isemmu lil Alla, imma f’qalbhom ikun hemm il-ħażen.
In-namar t’Alla jbeżża’.Dari l-qilla tan-natura (eż. il-maltempati) kienu jeħduha bħala wirja tas-setgħa t'Alla. Namar tfisser għemil.
Alla jagħmel il-ħaqq u jeħlisna minnu.Alla f’li jagħmel huwa ġust, bit-tama li jeħlisna mill-ġustizzja.