Is-saħħa ma tixtrihiex bil-flus.
Kif tagħlaq iċ-ċinkwanta, ix-xitan jibda jittanta.
Għan-natura m’hemmx tabib.
In-natura dejjem tieħu l-perkors tagħha.
Ġisem bla suf ma jkabbarx ġuf.
Raġel għandu jkun f'saħħtu biex jagħmel it-tfal.
Aħjar bl-aptit inkella bit-tabib.
Meta tkun f’saħħtek tkun f’aptitek.
Agħmel ħbieb mat-tabib qabel ma tkun marid.
L-għażliet it-tajba għal saħħtek għandek tagħmilhom qabel timrad.
Il-maħsus u l-imdejjaq ħajrhom batal.
Min jitlef saħħtu ma jkunx jista' jgawdi l-ħajja. Maħsus tfisser marid.
Il-mard ħallih jitqalleb.
Min hu marid ħallih jesprimi d-diqa tiegħu.
Għal ruħek aħseb li qed tmut dejjem; għal ġismek aħseb li ma tmut qatt.
Jeħtieġ li tieħu ħsieb is-saħħa spiritwali daqs is-saħħa fiżika.
Aħjar tħallas lill-furnar milli lit-tabib.
Dejjem aħjar tonfoq flusek fl-ikel milli biex tmur għand it-tabib.
Għajnejn morda ma jridux dawl.
Xi ħadd konxju mid-difetti tiegħu toqgħodx issemmihomlu.
Id-duwa ogħla mix-xahar.
L-għajnuna soċjali li jagħti l-gvern kull xahar jaf ma tkunx biżżejjed biex tkopri l-ħtiġijiet ta' min m'għandux ħafna flus. Duwa tfisser mediċina.
Il-marid jgħid ajma.
Min hu marid ħallih jesprimi d-diqa tiegħu.
Is-saħħa oħt il-ġmiel.
Bniedem b'saħħtu jidher sabiħ.
It-testment trid tagħmlu meta tkun għadek tiflaħ tiekol ir-ravjul.
Agħmel it-testment mill-aktar fis, meta tkun għadek fiżikament u mentalment f'saħħtek.
Il-wiċċ u t-tina ma jsirux bl-ilbies u ż-żina.
Il-ġisem jeħtieġ li jkun b'saħħtu permezz ta' ikel tajjeb u sustanzjuż, mhux bl-ilbies u x-xinxilli. It-tina tirreferi għall-warrani.
Fejn tidħol ix-xemx ma jidħolx it-tabib.
Ix-xemx tagħtik is-saħħa u tbiegħed il-mard.
L-agħar uġigħ tar-ras, tad-dras u tal-ħlas.
L-agħar uġigħ li tista' tħoss huwa tar-ras, tas-snien u tal-ħlas.
Kull marid għandu d-duwa tiegħu.
Kull problema għandha bżonn soluzzjoni partikolari.
L-isbaħ l-indafa, qal Maħmuġa.
L-indafa kulħadd japprezzaha.
Aħjar tħallas lill-furnar milli lit-tabib.
Dejjem aħjar tonfoq flusek fl-ikel milli biex tmur għand it-tabib.
Il-bniedem mimli bl-għilla.
Il-bniedem mard u xorti ħażina għandu.