Kultant biex timxi 'l quddiem ftit għajnuna mhix biżżejjed.
Min ma jsumx f’Ras ir-Randan jikluh il-klieb.
Min ma jsumx f'Ras ir-Randan għajb għalih.
Kategoriji: ir-reliġjon | is-soċjetà | is-superstizzjoni
Qwiel relatati
Fejn hemm it-tfesfis fil-widnejn, aktarx hemm il-gideb.
Meta tiġri xi xniegħa mhux kollox ikun veru.
Iż-żgħir dejjem minn taħt.
Dawk li m'għandhomx setgħa jkollhom joqogħdu għal min ikun fuqhom.
Kulħadd jaf hu fiex inhu.
Ħu ħsieb l-affarijiet tiegħek u ħallik minn ħaddieħor.
Kulħadd jagħmel dak li jaqbel.
Kulħadd lejn l-interessi tiegħu jħares.
Il-qarn xieraq f’ras il-baqra.
Għandek dejjem tilbes adatt għalik. Dari kienu joqogħdu attenti li jilbsu skont il-klassi soċjali.
