Lejn l-aħħar ta’ Novembru ż-żerriegħa tkun inżergħet kollha u ħafna mill-ikel li jkun maħżun (il-muna) ikun diġà wasal biex jispiċċa. Sant’Andrija jiġi fit-30 ta’ Novembru.
Jekk is-silla f’San Mattija tkun bi tliet werqiet tintena tliet tinjiet.
Jekk lejn l-aħħar ta' Frar is-silla jkollha tliet werqiet, ifisser li meta jasal żmienha se tkun abbundanti. San Mattija jiġi fl-24 ta' Frar.
Kategoriji: il-biedja | il-qaddisin | ir-reliġjon
Qwiel relatati
F’San Martin jitfgħu l-ixbiek fuq in-newl.
F’San Martin tasal fi tmiemha l-passa tas-summien. San Martin jiġi fil-11 ta’ Novembru.
Jien bħal San Tumas; irrid nara b’għajnejja u mmiss b’idejja.
Ċerti nies ma jemmnux kulma jisimgħu, iridu l-provi.
Il-qamħ f’Santa Katrini, it-tiben u t-tgħam jagħtini.
Meta l-qamħ jinżara' għal żmien Santa Katerina, ikollok prodott eċċellenti. Santa Katerina tiġi fil-25 ta' Novembru.
F’San Luqa ż-żara’ tinħeba fih l-għattuqa.
Jekk l-għattuqa jirnexxilha tistaħba wara l-qamħ, mela jkun kiber sew. San Luqa jiġi fit-18 ta’ Ottubru.
F’San Mikiel lesti l-miċċa għall-gandlier.
Dari meta ma kienx hawn elettriku, f’San Mikiel ix-xemgħa kont tixgħelha kmieni għax jidlam malajr. Miċċa hija sulfarina. San Mikiel jiġi fid-29 ta’ Settembru.
