F’San Martin tasal fi tmiemha l-passa tas-summien. San Martin jiġi fil-11 ta’ Novembru.
Sal-Qaddisin Kollha r-riħ jiġi bil-bolla.
Ir-riħ mill-Majjistral idum ġej sal-bidu ta' Novembru. Il-Qaddisin Kollha tiġi fl-1 ta’ Novembru.
Kategoriji: il-meteoroloġija | il-qaddisin | ir-reliġjon | ir-riħ | ix-xhur | Novembru
Qwiel relatati
Sant’Antnin itella’ l-qannata minn ġol-bir.
Sant’Antnin isiblek l-affarijiet kollha li tkun tlift.
Ix-xita għal Sant’Anna bikrija, jekk tagħmel, beraq u sajjetti fiha.
Meta tagħmel ix-xita lejn l-aħħar ta' Lulju tkun bikrija, b'ħafna beraq u sajjetti. Sant'Anna tiġi fis-26 ta' Lulju.
San Bartilmew għandu l-muftieħ tax-xita.
Tibda x-xita lejn it-tielet ġimgħa t’Awwissu.
F’Santa Luċija l-jiem jitwalu b’pass ta’ tarbija.
Lejn nofs Diċembru l-ġurnata terġa’ tibda titwal bil-mod il-mod. Santa Luċija tiġi fit-13 ta’ Diċembru.
L-ewwel karità ma’ lħitek, jgħid San Pawl.
Aħseb f'ħaddieħor, mhux fik innifsek biss. (I)lħitek tirreferi għal geddumek.
