Lejn l-aħħar ta’ Novembru ż-żerriegħa tkun inżergħet kollha u ħafna mill-ikel li jkun maħżun (il-muna) ikun diġà wasal biex jispiċċa. Sant’Andrija jiġi fit-30 ta’ Novembru.
Viva San Filep, la x-xitan irid hekk.
Ngħiduha lil xi ħadd li jkollna naqblu miegħu, anke jekk ma rridux.
Kategoriji: il-qaddisin | ir-reliġjon | ix-xitan
Qwiel relatati
San Mattija, iżra’ t-tomnija la mwaħħra u lanqas bikrija.
F’San Mattija għandu jinżara’ l-qamħ. It-tomnija tirreferi għat-tgħam u mwaħħra tfisser tard fl-istaġun. San Mattija jiġi fl-24 ta’ Frar.
Jekk taqa’ n-nida lejlet Santa Luċija, il-qoton jitrabba bla tbatija.
Jekk tagħmel in-nida lejn nofs Diċembru, dan ifisser li l-qoton jitrabba bla sforz. Santa Luċija tiġi fit-13 ta' Diċembru.
Jien bħal San Tumas; irrid nara b’għajnejja u mmiss b’idejja.
Ċerti nies ma jemmnux kulma jisimgħu, iridu l-provi.
Il-qamħ f’Santa Katrini, it-tiben u t-tgħam jagħtini.
Meta l-qamħ jinżara' għal żmien Santa Katerina, ikollok prodott eċċellenti. Santa Katerina tiġi fil-25 ta' Novembru.
F’San Mattew iżra’ t-tewm.
F’San Mattew għandu jinqata’ r-rummien u jinżara’ t-tewm. San Mattew jiġi fil-21 ta’ Settembru.
