F’Settembru jkun wasal iż-żmien li l-ħaddiema jitħallsu tax-xogħol li jkunu għamlu fix-xhur ta’ qabel (fil-biedja speċjalment).
Li jagħqad f’San Mikiel jidħol fil-miżien.
Dak li jinħasad sal-aħħar ta' Settembru (eż. l-patata) tajjeb ukoll u tista' tbigħu.
Kategoriji: il-biedja | il-qaddisin | ir-reliġjon | ix-xhur | Settembru
Qwiel relatati
F’Tal-Vitorja l-baħar jitla’ fl-għolja.
Il-baħar jibda jitqawwa fil-Vitorja, li tiġi fit-8 ta’ Settembru.
Dak li jagħqad sa San Mikiel jidħol fil-miżien.
Dak li jinħasad sal-aħħar ta' Settembru (eż. l-patata) tajjeb ukoll u tista' tbigħu.
Xita f’Settembru meraq tajjeb f’Novembru.
Ix-xita ta’ Settembru tħaxxen il-frott f’Novembru.
Settembru Settembrina, jibdlilna s-sala mal-kantina.
Dari kienu jinżlu fil-kantina biex jaħarbu mir-riħ isfel ta’ Settembru.
Ir-rimi tal-berwieq u t-tewm safi f’werqu.
Il-berwieq (Asphodelus ramosus) u t-tewm tarahom jinbtu f'Marzu u jilħqu f'Settembru.
