Mal-għadu tiegħek taf fejn inti imma mal-ħbieb ipokriti le.
Il-kuruna fl-idejn tgħodd u mhux fil-but.
In-nies wiċċ b’ieħor li jilagħbuha tal-qaddisin warrbilhom. Kuruna tfisser kuruna tar-rużarju.
Kategoriji: il-karattru | il-verità | ir-reliġjon | l-ipokrezija | l-onestà
Qwiel relatati
Meta l-qasba tagħmel ċaqq, jew maqsuma jew bix-xaqq.
Xi ftit verità jkun hemm fit-tqasqis tan-nies.
Biex taqta’ l-għatx trid tmur f’ras il-għajn.
Saqsi direttament lil min kien involut f'xi ħaġa biex tkun taf il-verità.
Il-qalb teħber.
Jiġu ċirkostanzi fejn inħossu x'ser jiġri.
Aħrab il-gideb jekk trid tkun miġjub sew.
Tigdibx għax ma jirrispettawkx.
Bniedem tal-ġieħ miġjub minn kulħadd.
Bniedem onest ikollu r-rispett ta' kulħadd.
