Alla fuq kollox u fuq kulħadd; xemx u xita jibgħat lil kulħadd.Alla jittratta lil kulħadd l-istess, għax huwa ġust.
Alla fi lsienu u x-xitan f’qalbu.In-nies wiċċ b’ieħor isemmu lil Alla, imma f’qalbhom ikun hemm il-ħażen.
Alla jħallas lill-ħażin minn din id-dinja.Alla jikkastiga lil min ma jindimx minn dnubietu qabel mewtu.