il‑frott • il‑meteoroloġija • il‑qaddisin • ir‑reliġjon • ix‑xhur • l‑istaġuni • Novembru
San Martin ikisser it‑tin u Katarin tisqih mill‑fin.
It‑tin taċ‑ċappa nikluh fl‑ewwel ġimgħa ta’ Novembru u fit‑tielet ġimgħa x‑xita ssaqqi s‑siġar tat‑tin għall‑istaġun ta’ wara. San Martin jiġi fil‑11 ta’ Novembru u Santa Katerina tiġi fil‑25 ta’ Novembru.