In-nies suppervi tant jimbuttawk li saħansitra anke lix-xitan idejqu.
Ix-xitan kelb u tgħidx kemm iħobb jinki.
Ix-xitan jgħir għall-bniedem u għalhekk jinkih u joħloqlu ħafna problemi.
Kategoriji: ir-reliġjon | ix-xitan
Qwiel relatati
Il-ġenna ma jidħlux xjaten.
Ix-xitan jagħmel li jrid bil-bniedem, iżda mhux b'Alla. Dan ifisser li xi darba t-tajjeb għad jirbaħ fuq il-ħażin.
Ix-xitan jaħleb bla mogħża.
Ix-xitan joħloq problemi li qatt ma tkun immaġinajt.
Ix-xitan li jdoqq it-trumbetta jaqbad miegħek lambranzetta.
Ħabib wiċċ b’ieħor ixandrek ma’ kulħadd u wara jiġi jilgħabha ta’ ħabibek.
Id-dinja rota, in-nies imgħażel u x-xitan jagħżel.
Tul il-ħajja dejjem insibu xi ħaġa tittanta. Imgħażel huwa għodda għall-insiġ.
Viva San Filep, la x-xitan irid hekk.
Ngħiduha lil xi ħadd li jkollna naqblu miegħu, anke jekk ma rridux.
