Meta ma jkun hemm ħadd jissorvelja, kulħadd jagħmel li jrid, bħas-sagristan diżonest li jobrom li jista'. Ruttan tfisser xema' mdewba.
Il-knisja tagħna u l-kappillan qaribna.
L-influwenza tal-kappillan hija kbira u jkun jista' jġib li jrid għall-parruċċana.
Kategoriji: il-Knisja | ir-reliġjon | is-soċjetà
Qwiel relatati
Min jislat wisq drabi jrid iżomm iebes.
Min imexxi (= jislat) jeħtieġ li jżomm id-dixxiplina.
Kulħadd tajjeb iżda ibża’ minn kulħadd.
Kulħadd għandu t-tajjeb tiegħu, iżda xorta waħda tafdax.
Il-kok ta’ wiċċ il-borma jiekol.
In-nies imlaħħqin japprofittaw mill-pożizzjoni tagħhom, bħall-kok li jiekol l-aħjar parti.
Aħbar ħażina malajr tinxtered.
Aħbar ħażina kulħadd jieħu interess fiha.
Malta żgħira u n-nies magħrufa.
Malta pajjiż żgħir u kulħadd jaf lil xulxin, jiġifieri oqgħod attent.
