Jekk it-temp jippermetti li toħroġ Santa Katerina, mela jippermetti li toħroġ ukoll il-Kunċizzjoni. Santa Katerina tiġi fil-25 ta' Novembru u l-Kunċizzjoni tiġi fit-8 ta' Diċembru.
Għal San Luqa fiż-żara’ tistaħba għattuqa.
Jekk l-għattuqa jirnexxilha tistaħba wara l-qamħ, mela jkun kiber sew. San Luqa jiġi fit-18 ta’ Ottubru.
Kategoriji: il-biedja | il-qaddisin | ir-reliġjon | ix-xhur | l-annimali | Novembru
Qwiel relatati
Laqgħa tal-Vitorja toħroġ bil-bandiera u glorja, laqgħa tal-Kunċizzjoni xi darba taqa’ fil-kwistjoni.
Superstizzjoni fejn kienu jemmnu li jekk koppja tiltaqa' fil-Vitorja, ir-relazzjoni tirnexxi; jekk tiltaqa' fil-Kunċizzjoni, ma tirnexxix. Il-Vitorja tiġi fit-8 ta' Settembru u l-Kunċizzjoni tiġi fit-8 ta' Diċembru.
Sant’Antnin itella’ l-qannata minn ġol-bir.
Sant’Antnin isiblek l-affarijiet kollha li tkun tlift.
Għal San Anard ibża’ għall-art, għax it-tgħaffiġ jagħmlilha l-mard.
Fi żmien San Anard, tirfisx fuq il-ħamrija biex ma tagħmilx ħsara lill-ħxejjex. San Anard jiġi fis-6 ta' Novembru.
Iż-żara’ f’ta’ Katrini jrodd it-tgħam bla fini.
Il-ful għandu jinżara’ fl-aħħar ġimgħa ta’ Novembru biex irendi. Santa Katerina tiġi fil-25 ta’ Novembru.
F’San Silvestru ġedded il-kappestru.
Fl-aħħar ġurnata tas-sena għandek taħseb fir-riżoluzzjonijiet li tkun se tagħmel għas-sena ta’ wara. San Silvestru jiġi fil-31 ta’ Diċembru.
