Ix-xitan li jdoqq it-trumbetta jaqbad miegħek lambranzetta.Ħabib wiċċ b’ieħor ixandrek ma’ kulħadd u wara jiġi jilgħabha ta’ ħabibek.
Ix-xitan kelb u tgħidx kemm iħobb jinki.Ix-xitan jgħir għall-bniedem u għalhekk jinkih u joħloqlu ħafna problemi.
Il-ħbiberija tax-xitan twassal sal-bieb tal-ħabs.Jekk tippreferi tagħmel il-ħażin, xi darba għad tieħu l-kastig li jkun ħaqqek.
Ix-xitan m’għandux ħalib u jagħmel il-ġbejniet.Meta kollox ikun miexi sew, jinqalgħu problemi li ma tkunx qed tistenna.