F’Ottubru l-bidwi għandu jaħrat l-għalqa kemm jiflaħ biex ir-raba’ jrendi. Santa Tereża tiġi fis-16 ta’ Ottubru.
Twelid f’Santa Marija jiġi msejjaħ għat-tiġrija.
F'Għawdex, it-tiġrijiet tal-bhejjem isiru nhar Santa Marija. Santa Marija tiġi fil-15 ta’ Awwissu.
Kategoriji: Awwissu | il-qaddisin | ir-reliġjon | it-tradizzjoni | ix-xhur | l-annimali
Qwiel relatati
F’San Xmun iżra’ fin-niexef u fil-miblul.
Iż-żara’ għandha ssir sal-aħħar ta’ Ottubru, f’kull tip ta’ ħamrija. San Xmun jiġi fit-28 ta’ Ottubru.
F’San Martin jitfgħu l-ixbiek fuq in-newl.
F’San Martin tasal fi tmiemha l-passa tas-summien. San Martin jiġi fil-11 ta’ Novembru.
San Lawrenz ix-xahar tas-sħana.
Tagħmel ħafna sħana f’Awwissu. San Lawrenz jiġi fl-10 ta’ Awwissu.
Iżra’ l-ful f’Santa Katrini biex jagħmel bla fini.
Il-ful għandu jinżara’ fl-aħħar ġimgħa ta’ Novembru biex irendi. Santa Katerina tiġi fil-25 ta’ Novembru.
San Martinek tajjeb, agħmel ħiltek biex il-lant ikunlek tajjeb.
Il-bidwi għandu jaħdem u jistinka f’Novembru biex igawdi wara. Il-lant jirreferi għan-negozju. San Martin jiġi fil-11 ta’ Novembru.
