Jekk toħroġ is‑seftura, toħroġ is‑sinjura.
Jekk it‑temp jippermetti li toħroġ Santa Katerina, mela jippermetti li toħroġ ukoll il‑Kunċizzjoni. Dari s‑sinjuri kollha kellhom is‑seftura fi żmien meta l‑klassijiet soċjali kienu wesgħin ħafna u ’l bogħod minn xulxin; fil‑lingwaġġ ta’ dak iż‑żmien, qabblu liż‑żewġ festi bħala waħda tas‑seftura u l‑oħra tas‑sinjura. Santa Katerina tiġi fil‑25 ta' Novembru u l‑Kunċizzjoni tiġi fit‑8 ta' Diċembru.