Ħadt il-ġmiel, il-flus u ż-żgħożija u ma baqagħlix ħlief l-inxiefa u l-kruhija.Iż-żmien kollox jeħdilna bil-mod il-mod.
Min jagħlaq l-erbgħin sena, jinqalagħlu qarn kull sena.Malli tagħlaq l-erbgħin, kull sena tinqala' xi problema ta' saħħa.
Kull jum jitrod l-ieħor u ġimgħa titrod l-oħra.Iż-żmien malajr jgħaddi. Jitrod, mill-verb tarad, tfisser isegwi.