L-imgħoddi nsieh, li ġej ftakar fih.Tgħallem mill-iżbalji li għamilt fil-passat u ara li ma terġax tagħmilhom fil-futur.
Akbar sena, aktar mitt sena.Min għandu iżjed żmien minnek dejjem ser ikollu iżjed esperjenza tal-ħajja.
Iġġorr, iġġorr, iġġorr sakemm il-bajda ttorr.Xejn ma jsir f'daqqa, kollox irid iż-żmien tiegħu. Ittorr tfisser tbid.
Għax-xiħa taħdit u l-imgħażel.Dari n-nisa xjuħ ma kellhomx biex jedhew ħlief fil-paroli u fl-insiġ. L-imgħażel huwa għodda għall-insiġ.