Kull jum jitrod l-ieħor u ġimgħa titrod l-oħra.Iż-żmien malajr jgħaddi. Jitrod, mill-verb tarad, tfisser isegwi.
Iż-żgħar jaħsbu li x-xjuħ boloh u x-xjuħ jafu li ż-żgħar boloh.Iż-żgħażagħ jitqarrqu għax jaħsbu li l-anzjani boloh, iżda l-anzjani jafu biċ-ċert li ż-żgħażagħ boloh għax daqshom kienu xi darba.
Biġġel għax iż-żmien ibiddel.Jekk tittratta lil ta' madwarek ħażin, għad jiġi żmien fejn huma jittrattawk ħażin. Biġġel tfisser irrispetta.