Nitgħallmu ħafna affarijiet biż-żmien.
Min jitlef snienu jitlef żmienu.
Agħar hu minn zokk tal-fiġel li aktar ma jikber aktar jixraf.
Aktar ma jixjieħ, aktar imur għall-agħar.
Biġġel għax iż-żmien ibiddel.
Jekk tittratta lil ta' madwarek ħażin, għad jiġi żmien fejn huma jittrattawk ħażin. Biġġel tfisser irrispetta.
Kull jum jitrod l-ieħor u ġimgħa titrod l-oħra.
Iż-żmien malajr jgħaddi. Jitrod, mill-verb tarad, tfisser isegwi.
Fid-dinja kollox jgħaddi.
Iż-żmien itaffi l-uġigħ u jnessihulna.
Ixjeħ m’aħna, itqal qantarna.
Fil-ħajja l-ħin kollu ġġarrab, u fi xjuħitna dan it-tiġrib ikompli dejjem jiżdied.
Iż-żmien kollox itemm.
Biż-żmien kollox jispiċċa.
Ftakar fl-imgħoddi u aħseb f’li ġej.
Tgħallem mill-iżbalji li għamilt fil-passat biex ma terġax tagħmilhom fil-futur.
Iż-żmien itul u l-ħsieb idur.
Ċerti fehmiet u drawwiet jinbidlu maż-żmien.
Daqqa bajda u daqqa sewda, u ż-żmien għaddej.
L-affarijiet ġieli jiġu tajbin u ġieli jiġu ħżiena, iżda l-ħajja tkompli u ż-żmien jgħaddi.
Min għandu ż-żmien ma jitlifx żmien.
Meta jkollok il-ħin liberu użah tajjeb.
Għax-xiħa taħdit u l-imgħażel.
Dari n-nisa xjuħ ma kellhomx biex jedhew ħlief fil-paroli u fl-insiġ. L-imgħażel huwa għodda għall-insiġ.
L-għaqal bin iż-żmien.
It-tiġrib tal-ħajja jagħmilna iżjed għaqlija.
Iż-żmien jitwal, min filgħodu jbakkar u filgħaxija jwaħħar.
Min iqum filgħodu kmieni u jidħol jorqod tard jirnexxilu jagħmel iżjed affarijiet.
Iż-żmien lil ħadd ma jkellem u jgħaddi bla ma jsellem.
Lanqas biss nindunaw kemm itir iż-żmien.
Iż-żmien itaffi.
Iż-żmien itaffi l-weġgħat tal-passat.
Bil-qajla l-qajla ssir il-bqajla.
Biż-żmien kollox isir.
Iż-żmien jgħaddi u l-għomor jonqos.
Aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar tiqsar ħajjitna.
Aktar ma tikber, aktar titgħallem.
Il-bniedem jitgħallem bit-tiġrib tal-ħajja.
L-għaġuża eħżen mix-xitan.
L-anzjani makakki u ma tagħmilx bihom li trid. Għaġuża hija mara xiħa.
Bil-qajla l-qajla ssir il-bqajla.
Biż-żmien kollox isir.