Min jikber wisq ma jsir jiswa għal xejn.Meta l-bniedem jixjieħ ħafna, ma jsir kapaċi jagħmel xejn għax ikun tilef saħħtu wisq.
Il-ħmar ix-xiħ issa jorqos u issa jistrieħ.Meta nixjieħu nibdew nimirdu iżjed u nitilfu saħħitna. Jorqos tfisser izappap.
Dan mhu xejn, il-kbir għadu ġej.Dak li għaddejjin minnu issa mhux gravi daqs dak li hemm jistenniena fil-futur.