Biż-żmien, il-ġdid dejjem jieħu post il-qadim.
Qwiel relatati
Iż-żmien li titlef ma terġax iġġibu.
Jeħtieġ li ż-żmien tużah tajjeb, għax ma jerġax jiġi lura.
Bil-qajla l-qajla ssir il-bqajla.
Biż-żmien kollox isir.
Iż-żmien itaffi.
Iż-żmien itaffi l-weġgħat tal-passat.
L-imgħoddi nsieh, li ġej ftakar fih.
Tgħallem mill-iżbalji li għamilt fil-passat u ara li ma terġax tagħmilhom fil-futur.
Minn dak iż-żmien sireġ u bired.
Laħqu ġraw ħafna affarijiet minn dak iż-żmien 'l hawn.
