Iż-żejt min jaħarqu u min jieklu.Bħalma hawn min jaħraq (= jaħli) iż-żejt u min jużah (= jieklu), hawn min juża l-ħin tajjeb u hawn min jaħlih.
It-tagħlim fil-kbar bħall-qris fil-ħmar.Meta tkun għadek żgħir, moħħok ikun iżjed frisk u titgħallem malajr. Meta tikber, il-moħħ jitgħallem iżjed bil-mod.
Iż-żmien jitwal, min filgħodu jbakkar u filgħaxija jwaħħar.Min iqum filgħodu kmieni u jidħol jorqod tard jirnexxilu jagħmel iżjed affarijiet.
Jekk il-qaħba tkun xaħxeħija għaliha m’hemmx xjuħija.Iż-żmien bħal donnu ma jilħaqx lill-prostituti li jieħdu ħsieb tagħhom infushom.
Għaddew is-snin minn fuqek, issa fik jirgħa l-bebbux.Is-sbuħija ta' meta tkun għadek żagħżugħ(a) mhix eterna, irridu nixjieħu u nikriehu.