Bikja u maħta u kollox imur fis-saħta.Ħajjet il-bniedem qasira ħafna u mimlija tbatija. Fl-aħħar mill-aħħar, kulħadd imut u jintesa.
Akbar minnek b’jum, għeref minnek sena.Min għandu iżjed żmien minnek dejjem ser ikollu iżjed esperjenza tal-ħajja.