ix‑xjuħija • iż‑żgħożija • iż‑żmien • l‑età
Iż‑żagħżugħ iġennen u x‑xiħ idellel.
Iż‑żgħażagħ jiġġennu wara xulxin u jiddrammatizzaw, iżda l‑anzjani huma iżjed galbati minħabba t‑tiġrib tal‑ħajja. Il‑verb dellel ifisser li tittratta lil xi ħadd tajjeb ħafna.