Min jieħu paċenzja u jkun galbat, ikun ippremjat b'dak li jixtieq.
Qwiel relatati
Tikber u titgħallem.
Nitgħallmu ħafna affarijiet biż-żmien.
Frotta misjura ruħha fi snienha.
Bħal frotta misjura li tkun waslet biex titħassar, il-ħajja tax-xiħ tkun waslet fl-aħħar.
Akbar sena, aktar mitt sena.
Min għandu iżjed żmien minnek dejjem ser ikollu iżjed esperjenza tal-ħajja.
Fejn hu żmienek, ja ħerba? Dari mdawra bil-lellux.
Iż-żmien jistieden il-ħerba f'darna u jxejjaħna.
La għandek iż-żmien taħlihx.
Qis li ż-żmien tużah tajjeb.
