Għalina l-Għid il-Kbir meta missierna jidboħ il-ħanżir.Biż-żmien kollox jasal. Jidboħ tfisser joqtol.
Iż-żagħżugħ iferrħek u x-xiħ idejqek.Iż-żgħażagħ iġibu magħhom il-ferħ għax għadhom fil-bidu ta' ħajjithom, filwaqt li x-xjuħ iġibu d-dwejjaq għax ikunu waslu fl-aħħar ta' ħajjithom. Sens ieħor huwa li l-ġdid dejjem jogħġobna iżjed mill-qadim.
Iż-żejt min jaħarqu u min jieklu.Bħalma hawn min jaħraq (= jaħli) iż-żejt u min jużah (= jieklu), hawn min juża l-ħin tajjeb u hawn min jaħlih.