Meta l-għansal jagħmel il-ward f’Awwissu, ix-xita tkun bikrija.Jekk l-għansal (li huwa tip ta’ pjanta, Prospero autumnale) joħroġ il-fjura f’Awwissu, ix-xita tagħmel qabel żmienha.
Meta l-għansal itella’ l-bonn imgħawweġ annata ħażina; meta jtella’ l-bonn dritt annata tajba.Ir-raba’ tinduna kemm ser jirnexxi skont il-bonn (jiġifieri z-zokk) tal-għansal (li huwa tip ta’ pjanta, Prospero autumnale).
Meta l-ġewnaħ tal-grillu jegħleb, isir l-għeneb.Superstizzjoni fejn kienu jemmnu li l-ħoss tal-grillu f'Awwissu jsajjar l-għeneb.