L-anzjani taqbadhom ħafna nostalġija meta jiftakru fl-imgħoddi, għalhekk dejjem isemmuh.
Iġġorr, iġġorr, iġġorr sakemm il-bajda ttorr.
Xejn ma jsir f'daqqa, kollox irid iż-żmien tiegħu. Ittorr tfisser tbid.
Kategoriji: iż-żmien | l-annimali
Qwiel relatati
Iż-żmien li għaddej xi drabi aħjar milli ġej.
Aħjar dan iż-żmien li fih taf x'qed jiġri, miż-żmien li għadu ġej u li ma tafx x'se jsarraf.
Min jitgħażżen f’żgħożitu jbati fi xjuħitu.
Min ikun għażżien f'żgħożitu jbati l-konsegwenzi fi xjuħitu, għax ma jkunx jiflaħ jaħdem u ma jkun faddal xejn.
Daqqa bajda u daqqa sewda, u ż-żmien għaddej.
L-affarijiet ġieli jiġu tajbin u ġieli jiġu ħżiena, iżda l-ħajja tkompli u ż-żmien jgħaddi.
L-għaġuża eħżen mix-xitan.
L-anzjani makakki u ma tagħmilx bihom li trid. Għaġuża hija mara xiħa.
Is-snin bħall-aħwa, ma jixxibhux.
M'hemmx sena bħall-oħra, il-ħajja dejjem toffrilna l-ġdid.
