Min jikber wisq ma jsir jiswa għal xejn.Meta l-bniedem jixjieħ ħafna, ma jsir kapaċi jagħmel xejn għax ikun tilef saħħtu wisq.
Biġġel għax iż-żmien ibiddel.Jekk tittratta lil ta' madwarek ħażin, għad jiġi żmien fejn huma jittrattawk ħażin. Biġġel tfisser irrispetta.
Min jitgħażżen f’żgħożitu jbati fi xjuħitu.Min ikun għażżien f'żgħożitu jbati l-konsegwenzi fi xjuħitu, għax ma jkunx jiflaħ jaħdem u ma jkun faddal xejn.
Ftakar fl-imgħoddi u aħseb f’li ġej.Tgħallem mill-iżbalji li għamilt fil-passat biex ma terġax tagħmilhom fil-futur.