La tislifx lil min ma tistax tħarrek għax titqarraq.Issellifx flus lil min taf li ma jistax iroddhomlok lura, lanqas jekk tiftaħlu kawża l-qorti.
Bil-grazzi ma timliex żaqqek.Meta tagħti servizz lil xi ħadd, tistenna li titħallas għax bil-grazzi biss ma tgħixx.
Mill-imderri u mill-mitluf kulma tiġbor mirbuħ.Jekk għandek tiġbor xi flus li tkun sellift, iġborhom illum qabel għada għax fil-futur jaf ma ssibhomx. Imderri tfisser imferrex.