Is-suppervja ta' min m'għandux għalfejn ma tissaportihiex.
Qwiel relatati
Il-faqar iġib l-ulied fil-għaqar.
Min hu fqir ikompli jiftaqar. Għaqar tfisser miżerja.
Aħkem meta ssib għax jiġi r-Randan barra minn żmienu.
Faddal il-flus għax ma tafx x'għad tiġi bżonn.
La tislifx lil min ma tistax tħarrek għax tinħan.
Issellifx flus lil min taf li ma jistax iroddhomlok lura, lanqas jekk tiftaħlu kawża l-qorti.
Fil-għaks u d-diqa tinġibed il-biqa.
Min m'għandux flus ma jaħlix. Il-biqa hija l-ħasil tal-ħaxix.
Aħjar is-sisija mill-ħrit biż-żewġ fil-Ħemsija.
Aħjar minn jittallab għall-flus u jiddobba hekk, minn min irid ibati biex jaħdem ir-raba'. Sisija tirreferi għall-ġbir tal-flus.
