Aktar għandna flus milli għomor.Ngħiduh għaż-żgħażagħ fil-familji sinjuri li jkollhom ħafna flus f’idejhom u ma jkunux jafu jużawhom.
Min iħallas biċ-ċekċik jiekol bir-riħa.Min iħallas ftit m'għandux jistenna oġġett jew servizz ta' kwalità tajba.
Meta tikkoppa l-bozza, l-għani bir-rota u l-bidwi bil-kabozza.Min għandu l-flus dejjem jgħix iżjed komdu minn min m'għandux. Il-bozza hija kontenitur tas-silġ li jkessaħ l-ilma jew l-inbid, u kabozza hija għamla ta' kowt.