Il-flus la jgħajtu u lanqas iwerżqu.Qatt ma tista’ tkun taf dak li jkun kemm għandu flus, jew kemm hu bniedem twajjeb.
Jekk milli għandek tħalli, int qatt ma tista’ tfalli.Jekk iġġemma' l-flus u ma tberbaqx kollox, issibhom wara.
Jekk m’għandekx żejt fid-dlam torqod.Bħalma jkollok id-dlam jekk ma jkunx hemm żejt fil-lampa, l-istess jiġrilek meta tkun bla flus.
Li jonqos fil-qadd imur fiż-żaqq.Min m'għandux flus irid jagħżel bejn jixtri x'jiekol u jixtri x'jilbes.