Għall-fqir il-qamar musbieħ u l-basal tuffieħ.Hemm min tant m'għandux biex li lanqas il-bażiku bħad-dawl (il-musbieħ) u l-ikel (it-tuffieħ) ma jaffordja.
Jekk m’għandekx żejt fid-dlam torqod.Bħalma jkollok id-dlam jekk ma jkunx hemm żejt fil-lampa, l-istess jiġrilek meta tkun bla flus.
Meta l-bir ikun miksur, l-ilma fih jintilef u jmur.Mhux biżżejjed li taqla' l-flus, trid tkun kapaċi ma tberbaqhomx.