Meta l-missier jagħmel Karnival, l-ulied jagħmlu r-Randan.Meta l-missier ma jkunx bil-għaqal fil-flus, tbati l-familja kollha.
Aħjar għandek tieħu mingħand ħalliel milli għandek tagħti lill-kappillan.Dari kien hawn ħafna dejn mal-Knisja, li kellu jitħallas bilfors.
Meta għandek kulħadd jafek; meta m’għandekx kulħadd jinsiek.Meta jkollok il-flus kulħadd irid ikun ħabib tiegħek, u meta ma jifdallek xejn kulħadd jabbandunak.