Il-flus fis-senduq merfugħa għall-ħalliel, u mħaddmin jagħtu l-għeliel.Il-flus agħmel xi ħaġa utli bihom, terfagħhomx id-dar. Għeliel huma interessi.
Għall-għera u għall-għar il-fqir jitrekken id-dar.Min m'għandux flus jippreferi ma jurix billi ma joħroġx fid-deher. L-għera tissimbolizza l-faqar u għar tfisser mistħija.
Min jitolbok ħabba agħtih tnejn u keċċih.Min jiffittak fuq xi ħaġa, ikkuntentah ħalli jitlaq 'l hemm u jħallik bi kwietek. Ħabba kienet munita li kienet tintuża Malta fi żmien il-ħakma Ingliża.