Hemm min jirnexxilu jagħmel suċċess biż-żmien. Abbet tfisser sinjur u trovatura tfisser teżor.
Qwiel relatati
Min m’għandux żejt fid-dlam jorqod.
Min m'għandux flus, ikollu jgħaddi mingħajr diversi affarijiet, bħal min dari ma kellux żejt biex jixgħel il-lampa filgħaxija qabel daħlet il-luċelettrika.
Min jagħmel wisq għal żaqqu jispiċċa b’kiftejh mikxufa.
Min jonfoq ħafna flus għalxejn fl-ikel ma jkollux biex jagħmel affarijiet oħra.
Meta l-qarnita ma ssibx aktar x’tiekol, iddur għal subgħajha.
Min ma jibqagħlux flus, ikollu jieħu minn ġewwa biex ikampa.
Min ippleġġa jkollu jħallas.
Bħal min ikun intrabat li jħallas pleġġ, hekk ukoll ikollok iżżomm kelmtek meta twiegħed jew tintrabat b'xi ħaġa.
Il-flus għandhom iċ-ċirku u malajr jaqbdu n-niżla.
Il-flus malajr jisparixxu malli tibda tonfoqhom.
