Il-flus mhumiex ta’ min jagħmilhom, iżda ta’ min igawdihom.Avolja jkollok il-flus, trid tkun taf tgawdihom.
Il-flus la jgħajtu u lanqas iwerżqu.Qatt ma tista’ tkun taf dak li jkun kemm għandu flus, jew kemm hu bniedem twajjeb.
Ħlas bil-meher u t-tiġbid jieħu qligħ l-imgħax.Jekk sellift il-flus qis li jħallsuk l-imgħax (= l-interessi) ukoll, u taċċettax l-iskużi ta' min joqgħod iġebbed u jgħidlek li se jħallsek wara (=bil-meher).