Aħjar disa’ rbajja’ u rieqed minn skud u mqajjem.Min hu għażżien jippreferi jaħdem inqas għal ftit flus, milli jaħdem iżjed għal aktar flus.
Min dari jagħti miet; baqa’ Qanċiċu li lanqas jagħti rmied.Min kien imexxi qabel kien joħroġ iżjed flus minn dan ta' bħalissa, li jqanċeċ biss. Dari tfisser qabel.
Kejjel il-borġ u ibża’ għall-għarma.Aħdem kemm tiflaħ biex taqla' l-flus iżda ibża' għalihom. Borġ tfisser torri u għarma tfisser munzell, b'referenza għall-flus.