B’idek il-waħda agħġen u bl-oħra keċċi l-qattusa.Meta tkun għaddej b'biċċa xogħol, ara li ma jkunx hemm min iħarbatlek kollox.
Jekk min jinseġ iżomm il-miċċa, jitwi l-biċċa.Meta tishar (= taħdem overtime) taqla' iżjed flus. Miċċa hija ftila.
L-ewwel ratal dejjem jinħass tqil.Meta tibda biċċa xogħol, l-ewwel ftit dejjem jinħass diffiċli sakemm tikkarga.
Dejjem tikber is-silla, iżda l-ħmar mhux dejjem jirgħa minnha.Tagħmel ix-xogħol inti u ġieli tispiċċa ma tgawdi xejn minnu.
Ix-xogħol tal-għaġla ma tantx joħroġ tajjeb.Meta tgħaġġel biex tagħmel biċċa xogħol, ma tagħmilhiex sew.