Binhar fuq il-bjut u billejl taħli ż-żjut.Matul il-ġurnata ma jaħdimx imbagħad ipattilu billi jaħdem billejl.
Min jitrabba fl-għażż jitbiżżel fil-ħjieġ.Min hu għażżien xorta waħda jiġi bżonn (= il-ħjieġ) il-flus u jkollu jaħdem (= jitbiżżel) bħal ħaddieħor.
L-ewwel il-pappa, imbagħad l-umpappa.Ix-xogħol u l-istudju jiġu qabel kull divertiment. Il-pappa tirreferi għall-ikel fuq il-mejda u l-umpappa tirreferi għad-daqqa li niżfnu u niddevertu magħha.