Min jaf inajjar jaf isajjar.Biex tagħmel biċċa xogħol sew, trid tkun taf l-elementi bażiċi. Inajjar tfisser jieħu ħsieb in-nar.
Għejien ix-xogħol huwa s-sabar.Biex ix-xogħol isir sew, irid isir bil-paċenzja. Għejien tfisser assistent.
Jekk min jinseġ iżomm il-miċċa, jitwi l-biċċa.Meta tishar (= taħdem overtime) taqla' iżjed flus. Miċċa hija ftila.